Marica Cassar żvelat li s-sena d-dieħla l-Caritas qed taspira li tniedi kor li jkun magħmul minn persuni li qed ibatu mis-solitudni.
“Hija ħolma li j’Alla ssir realtà u tirnexxi fl-2026,” saħqet Marica hekk kif spjegat li dan il-kor se jkun qed jingħata l-isem ta’ ‘Caritas Community Choir’.
F’intervista waqt Kuxjenza, Marica kompliet tispjega li kulħadd se jkun qed jingħata l-opportunità sabiex jipparteċipa direttament f’dan il-kor u semmiet li hemm il-ħsieb sabiex fil-futur forsi anke jitnieda festival kbir.
Prosit tassew!
Facebook / Maria La Barokka Muscat