Kif ħafna jafu, Amber Woods hi kantanta u influencer, li kienet propju parti minn X Factor fit-tielet staġun u r-raba’ staġun.
Bosta wrew l-appoġġ tagħhom lejha biex tkompli tirċievi l-għajnuna li hemm bżonn fil-ġlieda kontra l-kanċer. Il-preżentatur Gianni Zammit, f’isem it-tim ta’ X Factor Malta, ilbieraħ fil-bidu tal-ewwel live show, appella l-għajnuna għal Amber.
“Aħna wara Amber. L-eks parteċipanta ta’ X Factor Malta, Amber Woods, bħalissa qed tiġġieled kontra l-kanċer tal-pancrea, u qed ningħaqdu flimkien biex nappoġġjawha f’dan iż-żmien diffiċli. Kull donazzjoni, kondiviżjoni, u messaġġ ta’ appoġġ jistgħu jagħmlu differenza.”
Biex inti tingħaqad mat-tim ta’ X Factor Malta u tgħin lil Amber, idħol HAWN