“Qed Ninnota Li Ħafna Ġenituri Għawdxin Qed Iħabbtu Wiċċhom Mal-Problema Bejn Ix-Xogħol U Li Jieħdu Ħsieb Uliedhom” – Alex Borg

Alex Borg għandu lill-poplu Għawdxi għal qalbu mmens u jħobb imiss il-polz tal-poplu. F’post li tella’ kmieni llum tkellem dwar problema li qed jaffaċċjaw numru ta’ ġenituri Għawdxin.





Hu kiteb, “Qed ninnota li ħafna ġenituri Għawdxin qed iħabbtu wiċċhom mal-problema bejn ix-xogħol u li jieħdu ħsieb uliedhom. Kullħadd japprezza li taħt Gvern Nazzjonalista ġew implimentati dawn ic-‘childcare centres’ u taħt Gvern Laburista ġew b’xejn, u hekk għandu jkun. Però issa wasal iż-żmien li ninvestu aktar fi spazji u binjiet biex dawn il-ġenituri u l-familji jkunu jistgħu jkomplu bix-xogħol tagħhom.”

Alex ikompli jżid, “Dawn ma jistgħux jibqgħu jistennew fuq ‘waiting list’ biex iħallu lil uliedhom f’childcares sal-2023, għax biex jagħmlu dan ser ikollhom ibatu finanzjarjament u mhux ftit. Ejja flimkien insibu l-aħjar mod ta’ kif nistgħu ngħinu lil dawn il-familji u jekk hemm bżonn sakemm jinbnew aktar spazji għal aktar childcares nistgħu nużaw spazji oħra jekk hemm bżonn anke tal-privat.”

Hu jgħaddi l-parir li jkun hemm childcare centres fuq il-post tax-xogħol li żgur li jkunu ta’ għajnuna kbira lill-ġenituri.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI