"Qed Nitolbu Fuq Irkopptejna Għax Ninsabu Ddisprati" – Ejjew Ngħinuhom!

Il-grupp Kitty Guardians For Strays li dejjem jagħmlu li jistgħu biex jieħdu ħsieb lill-qtates tal-madwar, jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli u għandhom bżonn l-għajnuna tagħna biex ikunu jistgħu jgħinu u jsalvaw iktar qtates!

Fil-messaġġ li qasmu fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, dawn il-voluntiera qed jitolbu bil-ħniena l-għajnuna tagħna għax qed ikollhom wisq spiżi biex ilaħħqu magħhom. “Dawn huma biss nofs l-ispiżi li kellna f’dawn l-aħħar ġimgħatejn, iktar minn €700 f’20 ġurnata biss.”

Huma qed jappellaw għall-għajnuna tagħna għax mhux se jirnexxilhom ikampaw b’dawk l-ispejjeż kollha. Għalhekk qed jiddependu fuq il-ġenerożità tal-Maltin biex jagħtu l-għajnuna tagħhom!

Araw kif tistgħu tgħinu hawn taħt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI