Naomi Farrugia Perren, TikToker Maltija, tellgħet video biex tqajjem kuxjenza dwar kwistjoni li ilha ddejjaqha għal xi żmien. Dan wara li rat diversi kummenti negattivi u bullying fuq il-vidjows tagħha u wkoll fuq ta’ ħafna oħrajn.
“Ma jimpurtanix mill-kummenti ta’ mibegħda li nirċievi. Jien ninjorahom. Huma mistennija u jiġu mat-territorju,” hi qalet. “Imma naf li kummenti bħal dawn jagħmlu ħsara lil ħaddieħor. In-nies qed iweġġgħu! Qed teqirdu l-ħajjiet tan-nies bil-bullying. Ieqfu! Il-bullying hemm bżonn li jieqaf!”
“U ħaġa oħra – Tik Tok mhuwiex ‘dating app’. Jien nagħmel dawn it-Tik Toks għall-gost u mhux bħala stedina għas-sess.
@nainai_130 Bullying awareness. Yes it’s long! #stopbullying🛑✋ #raisingawareness #stopthehate #wearefree #beyourself #antibullying #campaign
TikTok/nainai_130