"Qiegħda Nikkumbatti Biex Nibqa' Niġġieled Għal Ħajti… Agħmlu Kuraġġ" – Kathy The Violinist

Wiċċ Kathy żgur li mhux ġdid għal dawk li jsegwu x-xena lokali. Rajnieh ddoq f’diversi avvenimenti lokali inkluż fil-Malta Eurovision tal-2016 u l-2018. Hi tkellmet magħna li bħalissa minħabba s-sitwazzjoni preżenti għaddejja minn żmien verament diffiċli u tixtieq verament li tagħmel il-kuraġġ lil dawk bħala li wkoll għaddejjin minn żmien hekk.

Hi tistqarr, “Għaddejja minn ħafna diffikultà f’ħajti u affetwatli ħafna saħħti u qiegħda nikkumbatti biex nibqa’ niġġieled għal ħajti ħalli nibqa’ ngħix. Ħajti bil-covid inbiddlet ħafna. Events waqfu u ħajti bla mużika għalija qisni miet minn ġewwa imnalla ngħallem il-mużika ukoll għax biha qed inkompli nikkumbatti dawn il-mumenti diffiċli li bħalissa ninsab għaddejja minnhom.”





Magħna Kathy tgħid, “Żgur u ċerta hawn min hu għaddej bħali u ngħidilhom agħmlu kuraġġ u taqtgħu qalblom qatt. Jien bniedma pożittiva imma meta tkun għaddejja minn żmien diffiċli l-pożitività mhux biżżejjed. Irid ikollok kuraġġ u temmen fik nnifsek u nixtieq ngħin lil dawk li huma għaddejjin bħali.”



Kathy tgħidilna li ħafna segwaċi tagħha jgħidulha iġri narawk fit-toroq mill-ġdid tferraħ lin-nies. “Niġu lura nerġgħu għan-normal, nagħmlu kuraġġ… u jien inkun ħlist mill-problemi personali tiegħu u nkun nista’ naqsam il-ferħ magħkom.”

Hi tistqarr li dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli importanti li jsibu ma’ min jiftħu qalbhom għax b’hekk tistrieħu, barra minn dan hi temmen li t-talb jgħin ukoll. Tagħlaq billi tgħidilna, “Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija. Dak li ma joqtolx isemmen. Dak il-motto tiegħi.”

Facebook / Kathy The Violinist

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI