“Qiegħed Fi Triqti Lejn Il-Post Fejn Se Nkunu Qed Naħdmu… Għal Marka Tassew Tal-Ġenn Waqt Il-Paris Fashion Week” – L-Artist Tal-Make-Up Malti Liamlee Camilleri

Mument ieħor ta’ kburija għal talent Malti li qed ikompli jħalli l-marka tiegħu fuq livell internazzjonali. L-artist tal-make-up Malti Liamlee Camilleri ħabbar fuq il-midja soċjali li bħalissa jinsab fi triqtu lejn il-post fejn se jkun qed jaħdem minn wara l-kwinti għal marka internazzjonali waqt il-Paris Fashion Week.



F’messaġġ li qasam mas-segwaċi tiegħu, Liam kiteb, “Qiegħed fi triqti lejn il-post fejn se nkunu qed naħdmu minn wara l-kwinti għal marka tassew tal-ġenn waqt il-Paris Fashion Week. Mument ta’ oqrosni dan. Żommu għajnejkom miftuħin għall-kontenut li ġej.”



Dan il-pass fil-karriera tiegħu jasal wara perjodu impenjattiv u ta’ suċċess fix-xena lokali. Riċentement, rajna x-xogħol ta’ Liam waqt il-Malta Eurovision Song Contest, fejn kien responsabbli mill-make-up ta’ Ema u Mychael, kif ukoll taż-żfiniera ta’ Denise u dawk ta’ Ema għall-kanzunetti rispettivi tagħhom Achikuku (Don’t Think About It), My Sweet Angel u Trophy.



Il-vjaġġ ta’ Liamlee Camilleri lejn Paris Fashion Week huwa xhieda oħra ta’ kemm it-talent Malti jista’ jasal ’il bogħod meta jkun hemm dedikazzjoni, kreattività u ħidma bla waqfien. Aħna minn Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nistennew bil-ħerqa naraw il-kontenut u r-riżultati ta’ dan l-avveniment prestiġjuż.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI