“Qiegħed Iberraq! U Aktarx, La Jberraq, Imerraq!” – Mid-Djajru Tat-Timba B’Aġġornament Tat-Temp Kmieni Dalgħodu

Kmieni dalgħodu l-paġna Mid-Djajru tat-Timba qasmet dan, “Qiegħed iberraq! U aktarx, la jberraq, imerraq! Le, mhux bilfors, imma jekk l-arja tkun ġejja fid-direzzjoni tal-gżejjer, hemm ċans tajjeb. Qiegħed iberraq barra minn Filfla u, kif jidher, ir-raħal li x’aktarx jixxarrab l-ewwel huwa ż-Żurrieq. Ħadd ma jitlob daqsna! Kieku jasal it-talb kemm isir ġid (u deni) minn xi wħud.”



Il-paġna żżid, “Insomma, it-temp: Firxa kbira ta’ maltemp waslet, jew tinsab qrib aktar milli kien mistenni, u qed tidħol mill-Punent u l-Lbiċ. Dalgħodu kmieni hemm ċans tajjeb li jkollna xi ħalba xita f’xi nħawi, speċjalment lejn in-nofsinhar tal-gżejjer l-ewwel. Matul il-ġurnata, il-biċċa l-kbira tas-sema jkun imsaħħab, b’waqtiet qosra ċari u xi raxxa xita.”



Huma jispjegaw, “Ir-riħ: Dalgħodu r-riħ ikun Lbiċ moderat, jibqa’ jissoda u jibda jdur lejn il-Punent u jissaħħaħ. Sal-lejl għandu jkun Punent Forza 4/5, u jitla’ għal Forza 6 matul il-lejl. Jekk ikollna xi tibdil fis-saħħa tar-riħ, ninfurmawkom. Moħħkom hemm dejjem.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI