Qiegħed Iċċempel 153 U Mhux Taqbad? Ara Għaliex

L-aġenzija tal-Gvern servizz.gov ħarġet stqarrija sabiex tinforma lill-pubbliku li hemm ħsarat tekniċi fil-freephone 153. B’hekk ċertu persuni li qed iċemplu fuq dan in-numru mhux qed jaqbdu.

Servizz.gov qed jinvestigaw sabiex din il-problema tissolva malajr u b’hekk il-linja tirritorna lura għan-normal.

Ħabbru wkoll li biex jitnaqqas l-inkovenjent, illum u għada ser jiġu estiżi l-ħinijiet meta wieħed jista’ jċempel fuq din il-linja sas-sebgħa ta’ filgħaxija.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI