"Qisek Qed Titkellem Fuq Ħajja Oħra" – Ray Calleja Fuq Ara Min Mar!

Ray Calleja kien il-mistieden tal-programm Ara Min Mar! li jixxandar fuq Net TV li jitkellem ma’ individwi minn kull aspett tal-ħajja li jiġu intervistati bl-għan li jaqsmu l-esperjenza tagħhom fil-missjoni mat-telespettaturi tal-programm Ara min Mar.

Ray jiftakar żmien fejn il-ħajja f’Malta kienet kompletament differenti, jgħid li għalih din kienet qisha ħajja oħra. Hu jiftakar il-karozzini fit-toroq Maltin u Għawdxin u jgħid li dak iż-żmien kulħadd kien irqiq għax kull fejn kien ikollok bżonn tmur, tista’ tgħid kont tmur bil-mixi.

Ray jirrakkonta wkoll ġrajja minn tfulitu, ġrajja li darba spiċċa ħa l-iskola miegħu ġurdien. Dan il-ġurdien qabdu minn barra. Donnu nduna li Ray kien wieħed li jħobb l-annimali, infatti Ray jistqarr li hu dejjem tela’ f’ambjent li l-imħabba lejn l-annimali kienet kbira.

Fit-tieni parti tal-intervista, Ray jitkellem dwar iċ-ċans li kellu biex imur il-missjoni u kif din kienet bidlitlu ħajtu. Ray kien jgħid li kien ilu jgħid li jixtieq jitla’ għall-missjoni u meta kien żgħir kien jgħid li jixtieq ukoll li jsir missjunarju.

Hu kien tela’ permezz tal-programm Il-Proġett, fejn kien tela’ l-Indja. Ray jgħid kien aċċetta li jmur u mar b’ċertu biża’ fuqu. Hu jistqarr li minn esperjenza bħal din hu kiber immens. Ray jgħid li ħass sens ta’ ferħ kbir meta kien hemm, speċjalment mit-tfal. Ray jgħid diffiċli biex tiddeskrivi dak li tgħaddi minnu.

Ray jgħid li fi ftit ħin tibni rabta magħhom u tibqa’ tħossok marbut magħhom għal għomrok. Segwi l-programm sħiħ HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI