“Qisu Lbieraħ Għadni Narak Titwieled U Nżommok F’Idejja Għall-Ewwel Darba…” – Mark Spiteri Lucas Lil Bintu Greta

Mark Spiteri Lucas, f’għeluq snin bintu Greta jikteb, “Qisu lbieraħ għadni narak titwieled u nżommok f’idejja għall-ewwel darba… imma ż-żmien ma jistenniex… itir… jaħrab… ma jistenniex u jgħaddi bla ma jsellem.”

Hu jżid, “Erbatax-il sena ilu r-rigal tal-Milied waslilna tliet ġimgħat wara. Happy birthday Greta, mingħandi u mingħand il-mama’. Inħobbuk ħafna… Ibqa’ dejjem b’saqajk mal-art u aħdem biex tasal fejn tixtieq. Lilna dejjem se ssibna warajk.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha sena mimlija, saħħa, avventuri u esperjenzi ġodda!







Ritratti:

Facebook / Mark Spiteri Lucas

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI