Raġel Jispiċċa B'Erezzjoni Ta' Aktar Minn Erba' Sigħat Minħabba L-Covid-19

Il-Covid-19 jista’ jikkawża l-kundizzjoni magħrufa bħala Priapism. Dan il-każ ġie rapurtat fuq raġel Franċiż ta’ 62 sena li spiċċa jsofri minn erezzjoni ta’ erba’ sigħat wara li l-virus ikkawża emboli tad-demm magħrufa aħjar bħala blood clots, fil-parti privata tiegħu.

Ir-raġel sofra minn din il-kundizzjoni waqt li qed jirċievi l-kura ġewwa sptar fi Franza. Jidher li d- demm miġbur f’parti waħda tal-ġisem hi waħda mill-kumplikazzjonijiet perikolużi tal-virus. It-tagħqid tad-demm, jew trombożi, ġie rrappurtat bħala kumplikazzjoni perikoluża minn terz tal-pazjenti infettati bil-coronavirus.

Meta l-emboli jimblukkaw arterji jew vini, l-imblukkar jista’ jikkawża attakki tal-qalb fatali u puplesiji. Jistgħu jwasslu wkoll għal pripiasm bħal ma kellu dan ir-raġel. Tajjeb li ngħidu li dan huwa maħsub li huwa l-ewwel darba li każ ta’ priapism kien meqjus bħala effett sekondarju tal-coronavirus, li qatel 500,000 persuna mad-dinja kollha.

Il-pazjent ħalla l-kura intensiva wara li qatta’ ġimgħatejn fuq ventilatur u issa rkupra mill-Covid-19.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI