“Raġel Onest Imżejjen B’Karattru Mill-Isbaħ” – Il-Beltin Jibku T-Telfa Ta’ Willy L-Goodlip

“Il-famuż Willy jew kif konna nafuh il-Goodlip. Ħalliena u mar jiltaqa’ mal-Ħallieq,” ħabbar l-Belti Ray Azzopardi fuq il-midja soċjali. “Willy kien il-persuna li ħeġġiġni noħroġ l-ewwel darba għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Niftakar konna fuq il-vapur t’ Għawdex u qalli kemm kien ikun kuntent kieku jarani nikkontesta għall-Kunsill Lokali.”

Ray kompla jżid kif “Willy kien raġel onest imżejjen b’karattru mill-isbaħ. Ċajtier u dejjem bi tbissima. Willy kien ragel dixxiplinat ħafna u dejjem raġel ta’ prinċipju.”





Fl-aħħar, hu kiteb: “Strieħ fis-Sliem Goodlip u sellilna għal dawk il-Beltin li telqu qablek. Ninsab ċert li ser tirrakonta lilhom dak li ħallejt warajk.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Willy, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż. 

Facebook/Ray Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI