"Ragħad Instema’ Wkoll Minn Numru Ta’ Lokalitajiet… Ħalbiet Iżolati Simili Mistennija Fil-Jiem Li Ġejjin" – Maltese Islands Weather

Il-paġna Maltese Islands Weather indirizzat ċerti ideat żbaljati li hemm dwar meta jitħabbru l-ħalbiet iżolati tax-xita.

“Meta ħalbiet iżolati tax-xita jkunu mbassra, iżda ma tagħmilx xita fil-post fejn tkun int, ma jfissirx li t-tbassir kien żbaljat. Kull meta t-tbassir jinkludi t-terminu ‘iżolat’ tistenniex xita kullimkien. Xita iżolata taffettwa biss ftit lokalitajiet kull darba li tagħmel.”

Dan minkejja li ħalbiet iżolati tax-xita normalment ikollhom instensità moderata għal qawwija u dejjem ikunu lokalizzati. Kien hemm postijiet fejn ma ntlaqtux minn dawn il-ħalbiet iżolati.

“Il-valuri ta’ xita matul l-aħħar 24 siegħa varjaw minn 0.5 mm sa 17.0 mm. It-tbassir tagħna stmat medja nazzjonali ta’ 4 mm sa 12 mm. Ragħad instema’ wkoll minn numru ta’ lokalitajiet. Dan ifisser it-tbassir tagħna kien 100% preċiż.”

Il-paġna tkompli li, “Ħalbiet iżolati simili mistennija fil-jiem li ġejjin.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI