“Raġel Ta’ 50 Sena Ġie Arrestat Minn Pulizija Off-Duty Ftit Tal-Ħin Wara Li Allegatament Wettaq Serqa” – The Malta Police Force

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force tkellmu dwar arrest li sar minn pulizija off-duty wara li allegatament wettaq serqa raġel.

Qalu, “Raġel ta’ 50 sena ġie arrestat minn Pulizija off-duty ftit tal-ħin wara li allegatament wettaq serqa. Il-bieraħ filgħaxija waqt li l-uffiċjal kien ġewwa l-knisja fiż-Żurrieq, persuni indikawlu li kienu għadom kif sfaw misruqa diversi oġġetti bħal mowbajls u basktijiet.”

Żiedu, “Minnufih mar ifittex il-persuna involuta fejn irnexxielu jarrestaħ fi Vjal Blue Grotto u minn tfittxija fuqu nstabu l-oġġetti misruqa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.”







Ritratti:

Facebook/The Malta Police force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI