Raġel Ta’ 60 Sena Residenti Zebbuġ, Jitlef Ħajtu F’Inċident Tat-Traffiku

Ftit tal-ħin ilu l-Pulizija ta’ Malta ħarġu stqarrija stampa rigward incident tat-traffiku li ħasad il-ħajja ta’ raġel.

Qalu, “Raġel ta’ 60 sena residenti Zebbuġ, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija (1800hrs) fi Triq tal-Providenza, Siġġiewi. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien qed isuq trakk tal-għamla Isuzu u ħabat f’arblu tad-dawl.”

Żiedu, “Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, iżda sfortunatament ix-xufier kien iċċertifikat li tilef ħajtu. Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D kien infurmata l-inċident u ħatar inkjesta. L investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.”







Ritratti:

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI