Raisa u Chris Jagħlqu Sitt Snin Miżżewġin!

Għal min mhuwiex midħla ta’ Instagram, mytrio hu profil immexxi minn Raisa, omm ta’ tlitt itfal. Raisa tħobb taqsam il-ġrajjiet li jgħaddu minnhom, bħala familja mas-segwaċi tagħha. Mingħajr dubju, hija mara ta’ ispirazzjoni għal ħafna ommijiet!

View this post on Instagram

A post shared by My Trio (@mytrio123) on Aug 16, 2019 at 11:20pm PDT

Illum jaħbat is-sitt anniversarju tal-ġenituri ta’ Zyas, Paris u Eiva Joï! Fuq Instagram, Raisa tellgħet xi partijiet mill-vidjow tat-tieġ tagħhom. L-uċuħ ferħana jixhdu kemm il-ġurnata tat-tieġ tagħhom kienet waħda unika u memorabbli.

View this post on Instagram

A post shared by My Trio (@mytrio123) on Jul 28, 2019 at 9:17am PDT

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jifraħ lill-koppja Brincat f’din il-ġurnata tant speċjali! Apparti minn hekk, nixtiequ nieħdu l-opportunità sabiex nirringrazzjaw lil Raisa talli taqsam ħafna minn ħajjitha, flimkien ma’ dik ta’ wliedha mas-segwaċi tagħha. Bil-pożittività kontinwa tagħha timmotiva ħafna nies, speċjalment ommijiet, biex jemmnu fihom infushom u ma jaqtgħu qalbhom qatt!

Instagram / @mytrio123

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI