Maori, bar fil-Belt Valletta magħruf l-aktar għad-dehra tiegħu minn barra, spiċċa magħluq wara li sid il-bar kitbet permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook dak li ġara lil Milo lbieraħ meta sabitu mgħerreq fil-baħar.
Jidher li sid il-bar għamlet kuntatt ma’ The Malta Polive Force kif ukoll mal-Animal Welfare. “Rajt fuq is-CCTV raġel jipprova jaqbad lill-qtates tiegħi fil-25 t’Awwissu u fl-1 ta’ Settembru.” Tiżvela wkoll kif il-qattus Milo nħataf u sabitu mejjet ilbieraħ.
“Minn dakinhar 2 qtates instabu mejta fil-baħar. Milo l-kitten tiegħi ta ‘5 xhur insteraq fl-1. Sibt lil Milo mejjet fil-baħar fit-3. 3 qtates mejta.” Xerrdet ukoll ritratt ta’ kif sabet lil Milo mejjet ilbieraħ… ritratt xokkanti u li jaqsamlek qalbek.
Solidarjetà ma’ sid Milo, u nittamaw li ssir ġustizzja minnufih.
Facebook/ Maori