Ilbieraħ f’San Ġwann ġiet inawgurata statwa tal-Madonna ta’ Lourder fi Triq il-Kappella.
Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann irringrazzja lill-Kappillan talli kien preżenti għal din l-inawgurazzjoni u bierek l-istatwa u qalu li “Għandna lkoll inkunu aġenti tal-paċi u għaqda f’San Ġwann biex ikollna lokal aktar b’saħħtu u hieni.”
Prosit lill-Kunsill ta’ San Ġwann għal din l-istatwa sabiħa.