Rata Ta' Suċċess Ta' 94.5% Għall-Vaċċin Ieħor Tal-Covid-19 – Il-Kumpanija Moderna Bl-Ewwel Riżultati!

Vaċċin żviluppat mill-Istati Uniti wera li huwa 94.5% effettiv fil-protezzjoni tan-nies mill-Covid-19, skont ir-riżultati li ħarġu s’issa. Prodott minn Moderna, b’kollaborazzjoni mal-Operazzjoni Warp Speed tal-gvern tal-Istati Uniti, il-vaċċin idum sa 30 jum fi friġġ bħal ma ssib id-dar u f’temperatura normali ta’ kamra sa 12-il siegħa.

Jibqa’ stabbli wkoll f’temperatura ta’ inqas minn 20 Ċ, daqs il-biċċa l-kbira tal-friżers domestiċi jew mediċi, sa sitt xhur. Dan jissuġġerixxi li jista’ jinħażen u jiġi ttrasportat ħafna aktar faċilment minn vaċċin Pfizer / BioNTech, li l-ġimgħa li għaddiet tħabbar li kien 90% effettiv fil-protezzjoni tan-nies mill-Coronavirus.

Nittamaw li r-riżultati jibqgħu ikunu pożittivi ħalli jkollna l-vaċċin fis-suq malajr kemm jista’ jkun. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI