Rebbieħ Wieħed Se Jirċievi €17,727 Mil-Lotterija Tal-VAT B’Ħames Irċevuti Rebbieħa Fl-Istess Xahar!

Rebbieħ wieħed fortunat irnexxielu jaqla’ s-somma sabiħa ta’ €17,727 wara li ħames irċevuti tiegħu kienu fost ir-rebbieħa fl-istess tlugħ tal-Lotterija tal-VAT, bir-riżultat jitħabbar aktar kmieni llum.

Għalkemm mhux l-ewwel darba li nisimgħu b’rebbieħa li rnexxielhom jaqilgħu ammont sostanzjali ta’ flus permezz ta’ diversi irċevuti, il-fatt li ħames irċevuti telgħu rebbieħa fl-istess xahar ċertament iqajjem mistoqsijiet dwar jekk dan hux xi tip ta’ rekord.

Fil-passat kien ġie rrappurtat li numru ta’ individwi jiġbru l-irċevuti b’għanijiet nobbli. Fosthom hemm min jiġbor irċevuti biex jgħin fl-għalf ta’ annimali bla saqaf fuq rashom, filwaqt li f’sitwazzjonijiet oħra xi saċerdoti parrokkjali jiġbru dawn l-irċevuti biex jgħinu lil persuni fil-bżonn fi ħdan il-parroċċa tagħhom.

Għalkemm f’dan il-każ mhuwiex magħruf jekk ir-rebbieħ jew rebbieħa hux wieħed minn dawn l-individwi jew le, nittamaw ġenwinament li din is-somma sabiħa ta’ flus tintuża għall-ġid, jew saħansitra għall-benefiċċju tal-komunità.

Wieħed jista’ jara r-riżultati billi jidħol HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI