Tħabbar mill-Gvern l-liġi l-ġdida tal-edukazzjoni rigward il-pieni għall-ġenituri li ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola. Il-multa jidher li telgħet għal bejn 100 u 500 ewro u/jew piena gravi daqs ħabs għal tliet xhur. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana infurmat li se jkunu ippubblikati l-linji gwida ta’ kif se timxi s-sena skolastika li jmiss fid-dawl tal-Covid 19.
Din il-liġi tqis id-drittijiet u obbligi li huma l-prijorita f’din is-sitwazzjoni u se jkun hemm anke xi kunċetti ġodda kkunsidrati. Tkellem ukoll l-avukat Dennis Zammit dwar it-tibdil u d-dettalji ta’ din il-liġ. Hu qal li d-dritt tal-edukazzjoni issa huwa iktar wiesa’ kemm għal persuni lokali kif ukoll għal kull min jgħix Malta. L-età tal-edukazzjoni obbligatorja ma nbidlitx, madankollu din il-liġi ġdida issa taħseb biex ikun hawn edukazzjoni mogħtija qabel l-eta’ obbligatorja u ħa tkun regolata fil-każ tac-childcare u l-kindergarten.
Rigward l-edukazzjoni fid-dar, il-liġi titlob li l-għalliema u edukaturi li jaħdmu mid-dar għandhom ikollhom warrant ta’ għalliema u liċenzja. Dr Dennis Zammit isemmi kif l-edukazzjoni fid-dar hi aċċettabli diment li jkun fl-aħjar interess tal-istudenti. Hemm ukoll dawk li huma meqjusa bħala reati. Multa ta’ ftit iktar minn 2 ewro kuljum għal kull meta student ikun assenti, u ċ-ċifra titla’ bejn 100 u 500 ewro.
Jidher li l-ġenituri jew kustodji meta ma jibgħatux lit-tfal l-iskola u ma jidhrux quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja kapaċi jittellgħu l-qorti u sfortunatament anke jeħlu ħabs. Din l-aħbar allarmat lil bosta fejn uħud qali li, “redikola li ġiegħeluna nibagħtuhom f’nofs pandemija.” Int xi tgħid?
Facebook/ The Root