"Rekord Ġdid" – Qed Nerġgħu Nistennew Żieda Qawwija Fin-Numri!

Dawn l-aħħar rajna żieda fin-numri tal-Covid-19 u jidher li għall-ġurnata oħra mistenni li jkollna rekord ieħor ta’ numri. Gerald Fenech fuq il-paġna tiegħu xeħet li qed nistennew aktar minn 300 u rekord ġdid.





Iz-Zija TT ukoll saħqet l-istess ħsieb. Hi qasmet, “l-agħar ġurnata bomba ħa nisimgħu nerġgħu… kien hemm 340… mal-ħin li ġej ħa nisimgħu stejjer xokkanti għal pajjiżna.”



It-tabib Frank Portelli qal, “Stennew rekord ieħor illum isimgħu mix-xjenza jew inkella aktar nies ħa jmutu.” Hu xeħet li hemm ukoll aktar minn 300! Jidher li hemm qbil ta’ kemm numri għandna nistennew illum.

Fil-ħinijiet li ġejjin nistennew jekk hux ħa jkun hemm aktar miżuri mħabbra mill-gvern biex niġġieldu kontra dawn in-numri għoljin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI