Rekord Nazzjonali Ġdid Fl-Imġarr: 96 Persuna Jieklu 121.9 Kilo Laħam Fuq Bord Ta’ 57 Pied

The Malta Records ħabbru rekord nazzjonali ġdid li ġie stabbilit ilbieraħ f’ristorant popolari ġewwa l-Imġarr, avveniment li wera professjonalità, organizzazzjoni u impenn qawwi fit-tmexxija ta’ ristorant tipiku Malti.



Ir-rekord kien jikkonsisti fl-ikbar ammont ta’ nies miġbura flimkien jieklu laħam imsajjar u mpoġġi fuq l-itwal bord, li kienet twila 57 pied. Fuq din il-bord tpoġġew total ta’ 121.9 kilo laħam, li minnu kielu 96 persuna f’atmosfera festiva għall-aħħar.



L-għażla tal-laħam imsajjar kienet varjata u abbundanti, u inkludiet tagliata, ribeye, kustilji tal-majjal, kustilji taċ-ċanga, spare ribs, zalzett u tiġieġ, kollha ppreparati b’attenzjoni u servuti b’livell għoli ta’ kwalità.

Dan ir-rekord ġdid ġie mwaqqaf mis-Sur Antoine Azzopardi magħruf aħjar bħala Antoine ċ-Ċavett, sid ir-ristorant Ċavett Place, li jinsab ħdejn il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr. L-avveniment ġab flimkien numru sabiħ ta’ parteċipanti li, kif ġie rrappurtat, gawdew esperjenza mill-isbaħ u ħarġu sodisfatti bit-tjubija tal-ikel u bis-servizz ta’ ħames stilel offrut.

The Malta Records iddeskrivew dan ir-rekord bħala wieħed inkredibbli li jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni tal-ikel Malti u juri kif l-inizjattivi lokali jistgħu jilħqu livelli nazzjonali b’suċċess.



Ritratti:

Facebook / Antoine Cavett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI