Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward rekord nazzjonali ġdid.
Qalu, “The Malta Records fil-ġranet li għaddew ġejna mistiedna ġewwa garaxx f’Ħal Qormi sabiex nivverifikaw, ngħoddu u nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar kollezzjoni ta’ oġġetti differenti tal-Coca-Cola fil-gżejjer Maltin.”
Żiedu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Godfrey Magri li għandu 3409 oġġetti differenti bil-marka tal-Coca-Cola. The Malta Records nirringrazzjaw lill-familja Magri li laqgħuna u ovvjament servewna x-xarba tal-Coca-Cola. Aħna aktar minn ċerti li Godfrey se jkompli jkabbar il-kollezzjoni tiegħu. Nistiednu lil min għandu oġġetti relatati ma’ din il-kollezzjoni vasta sabiex jikkomunikaw magħna jew ma’ Godfrey innifsu.”