Dalgħodu, The Malta Records kienu mistiedna ġewwa ħanut f’Ħal Qormi sabiex jivverifikaw u jippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.
Ir-rekord huwa għall-ikbar kollezzjoni ta’ karattri ta’ anime u fantasija preżentata f’ħanut ta’ ġeneru ieħor, b’total impressjonanti ta’ 747 karattru.
Din il-kisba ġiet stabbilita minn Lee Tanti t-Tito fil-ħanut tiegħu, Tito Tatts, li jinsab fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi. Il-kollezzjoni tinkludi diversi karattri magħrufa u hija attrazzjoni speċjali għal dilettanti tal-anime u l-fantasija, b’enfasi partikolari fuq is-serje popolari Dragon Ball.
Id-dilettanti kollha huma mistiedna jżuru l-ħanut u jaraw mill-qrib din il-kollezzjoni unika li issa daħlet uffiċjalment fl-istorja tar-rekords Maltin.
Facebook/ The Malta Records