"Renald Ħallejtna Ħabta U Sabta B'Din Il-Marda Qerrieda Tal-Covid-19… Hu Ħsieb Lil Oħti" – Ħu L-Mara Ta' Renald

Ħu l-mara ta’ Renald, Henry Zaffarese ħalla messaġġ mill-qalb lil Renald, “ħallejtna ħabta u sabta b’din il-marda qerrieda tal-Covid-19 li qed taħkem lid-dinja kollha. Renald kemm xtaqt li erġajt ġejt lura u kont tkun magħna mal-familja, għalija qisek kont ħija għax meta kelli bżonn dejjem sibtek u kont tgħaddili l-pariri u kull meta kelli bzonn xi ħaġa tara x’tagħmel biex tgħinni u mhux lili biss iżda lil ħaddieħor.”





Hu jkompli jgħidlu, “Hu ħsieb lil oħti u lit-tliet it-tfal li tant kont tħobb u ma kontx tħallihom neqsin minn xejn. In-nuqqas tiegħek ħa jinħass. Nibqgħu niftakru fil-memorji sbieħ li qattajna flimkien. Strieħ fis-sliem Renald u itlob għal familja tagħna. Tibqa’ f’qalbna dejjem.”

Renald sfortunatament sar l-iżgħar vittma f’Malta li tilef ħajtu għal dan il-virus qerriedi fl-età ta’ 46 sena. Aħna mill-ġdid ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha tiegħu, lil sħabu u lill-komunità ta’ Ħal Qormi f’dan il-jum ta’ diqa.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI