Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp tikteb, “Resqin lejn temperatura ferm aktar għolja minn din il-ġimgħa hekk kif firxa ta’ pressjoni għolja ser tkompli tippersisti u mistenni temp stabbli u aktar sħun. Huwa previst lejn nhar il- Ħamis li temperatura tmiss li temperatura taqbeż 30°C. Terġa’ tonqos taħt 30°C minn nhar is-Sibt.”
It-temperatura llum se tkun 25°C filwaqt sal-Ġimgħa titla’ 32°C. Mis-Sibt terġa’ tinżel ftit. Ir-riħ se jkun qed jaqleb mix-Xlokk għall-Grigal. Araw ir-rapport dettaljat hawn taħt ta’ dak li għandna nistennew illum. Is-sajf jinsab wara l-bieb u b’hekk għandna nippreparaw ruħna għal aktar temperaturi sħan.