ReStyle Ser Jorganizzaw Charity Kilo Sale B’Risq Fondazzjoni Sebħ

Kilo Sale

Fuq il-paġna ta’ Instagram, ReStyle, tħabbret li ser tkun qed tiġi organizzata Charity Kilo Sale, fejn bosta ħa jikkontribwixxu b’risq Fondazzjoni Sebħ.

Din ser isseħħ bejn il-21 u t-22 ta’ Frar 2026, u l-qligħ ser ikun qed imur kollu għall-fondazzjoni, li toffri tant servizzi residenzjali għat-tfal u n-nisa, Prevenzjoni fil-Komunità, u Servizzi ta’ Kura.

Fuq il-paġna jiktbu, “L-ewwel Kilo Sale tagħna ser isseħħ u se nieħdu f’idejna l-KSU Common Room fl-Università ta’ Malta għal jumejn ta’ tiftix u sejbien ta’ dak li ma kontx taf li għandek bżonn.”

L-avveniment jgħaqqad il-moda mal-impatt tas-soċjetà. Ħwejjeġ u aċċessorji tan-nisa, tal-irġiel, u tat-tfal, ser ikunu qed jinbiegħu €10 għal kull kilo.

Dan il-proġett jgħaqqad flimkien is-sostenibbiltà, l-impenn tal-komunità, u l-impenn tal-karità.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI