Għal għaxar snin Rex, il-kelb leali f’K9 Unit tal-korp tal-Pulizija ta’ Malta, ta servizz għall-komunità. Jidher li Rex wasal biex jiritira mill-korp, u se jkun qed jibda ħajja ġdida. Ser ikun qed jingħaqad mal-komunità fil-Kulleġġ San Nikola.
“Rex, tar-razza Belgium Sheperd, imwieled fl-2012, ġie miġjub mill-Belġju fl-2014 biex iservi bħala Drug Detection Dog. Għal dawn l-aħħar 10 snin, huwa kien is-sieħeb ta’ fiduċja tal-Ispettur Christopher Formosa.”
F’Kulleġġ San Nikola ser ikun ta’ terapija għaż-żagħżagħ li jattendu l-iskola. Għalkemm ser iħossu n-nuqqas tiegħu, ċertament li ser iservi ta’ ġid għall-istudenti ta’ Kulleġġ San Nikola. Il-korp jinsab grat għall-ġid u għas-servizz kollu li wettaq Rex.