Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp ilbieraħ filgħaxija kitbet dak li għandna nistennew matul il-jum tal-lum. Huma jgħidu, “Fir-ritratt mis-satellita juri l-ammont ta’ maltemp minn fuq Sardejna li jibqa’ tiela’ għal fuq l-Italja. Li ma għamilx din ix-xitwa qiegħed jagħmlu propju f’dawn il- ġranet.”
Il-paġna żżid, “Temp għal għada t-Tlieta mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ moderat għall-ewwel mill-Majjistral li jitqawwa mal-jum mill-Majjistral forza 5 għal 6. Temperatura l-ogħla tmiss 25°C u l-inqas 16°C.”
Il-paġna ttemm tgħid, “Kemm ser idum dan il-Majjistral? Ovvjament dan ser ineħħi ċ-ċlampu li hawn bħalissa… Però dan il-Majjistral ser idum mill-Milied sa San Stiefnu… kif jgħid il-Malti.”