Il-Prim Ministru għadda messaġġ lil dawk kollha li llum ħadu r-riżultati tagħhom. Hu qal, “Nawgura lill-istudenti li llum ħadu r-riżultati tal-O u A levels. Riżultati ta’ eżamijiet li għamlu fi żmien partikolari ħafna. Għalhekk wieħed japprezza iktar ix-xogħol tal-istudenti kollha.”
Kompla jżid jgħid, “Lil dawk li xtaqu riżultat differenti nixtieq ngħaddilhom messaġġ ta’ kuraġġ. Taqtgħux qalbkom, fittxu l-programmi ta’ għajnuna, inkluż dawk bħala parti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u ibqgħu ħarsu ‘l quddiem.”