“Riperkussjonijiet Devastanti F’Diversi Żoni Madwar Il-Pajjiż, Fosthom Għar Lapsi.” – Il-Ministru Chris Bonett

F’appell fuq il-mezzi soċjali l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett kiteb, “Indubjament wara l-maltempata qalila li kellna fl-aħħar jiem, kien hemm riperkussjonijiet devastanti f’diversi żoni madwar il-pajjiż, fosthom Għar Lapsi.”



Hu jżid, “Nappella, kif kien diġà kkomunikat, biex nosservaw it-tabelli u s-sinjali li ġew imwaħħla fiż-żona, speċjalment fid-dawl tal-fatt li diversi partijiet għadhom instabbli u huma ta’ periklu. Filwaqt li bħalissa għadejjin bl-istudju fuq il-blat, jekk tixtieq tgħaddi s-suġġeriment tiegħek dwar kif għandu jiġi rriġenerat Għar Lapsi, il-konsultazzjoni pubblika bħalissa hija miftuħa: https://bit.ly/KonsultazzjoniLapsi.”



B’hekk, il-Ministru rrefera għall-importanza li l-pubbliku jikkollabora u josserva l-miżuri ta’ sigurtà fis-seħħ, filwaqt li jieħu sehem b’mod attiv fil-proċess ta’ konsultazzjoni sabiex ir-riġenerazzjoni ta’ Għar Lapsi ssir b’mod responsabbli, sigur u sostenibbli għall-ġid tal-komunità u tal-ambjent naturali.



Ritratti:

Facebook / Chris Bonett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI