Ritratt Esklussiv: Il-Pjazza Tant Popolari Għawdxija Ser Terġa' Tinfetaħ Nhar It-Tnejn Li Ġej

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar fuq facebook li bħalissa għaddejja l-aħħar ħidma biex nhar it-Tnejn li ġej tiġi inawgurata Pjazza San Franġisk biex tkun tista’ titgawda mill-pubbliku.

Din il-pjazza tara ħafna attività ġo fiha u bosta huma t-turisti li jżuruha minħabba li tinsab viċin iċ-ċentru tar-Rabat f’Għawdex.





Jidher li din il-pjazza ser tkun iżjed miftuħa bi spazju li jpaxxi l-għajn u toħloq armonija li tattira wkoll lill-pubbliku li jagħmel użu minnha għal skopijiet differenti.

Issa l nżuru l-gżira Għawdxija, għandna mkejjen ġdid x’naraw. Prosit Ministru u lill-ħaddiema kollha li ħadmu fiha!

Ritratt: Facebook/ Clint Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI