“Ritratt Li Jidentifika Sew Lill-Għażiż Missieri” – Is-Sindku Wayne Aquilina Lil Missieru F’Għeluq Sninu

Is-sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina, ippubblika ritratt ta’ missieru jaħdem fil-ġebel b’dedikazzjoni kbira biex ikun jista’ jibni dar għall-uliedu. Aquilina esprima l-apprezzament li għandu lejn missieru f’għeluq sninu u ddedikalu kelmtejn sbieħ fuq il-paġna tiegħu.

Hu kiteb, “Ritratt li jidentifika sew lill-għażiż missieri. Ritratt li meta nħares lejh, aktar niftakar fis-sagrifiċċji kbar li fis-skiet jagħmel għall-uliedu, miegħi l-ewwel wieħed. Dan ir-ritratt, fuq bażi personali, jfakkarni minn fejn tlaqna biex illum nista’ ngawdi dari. Grazzi missier. Awguri f’għeluq sninek.”

L-imħabba ta’ missier ma tidhirx biss fi kliemu imma f’dawn l-azzjonijiet li jagħmel fis-silenzju, iżda li huma azzjonijiet li jfissru ħafna. Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!





Facebook / Wayne Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI