Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali hu kemxejn xokkanti hekk kif juri krejn li għeleb. Qed jingħad li dan il-krejn jinsab f’San Pawl il-Baħar.

Il-persuna li għaddilna r-ritratt qalilna li dan il-krejn kważi waqa’ fuq il-karozza tiegħu hekk kif kien għaddej minn hemm ftit tal-mumenti qabel.
Għadu mhux magħruf il-kawża tal-inċident iżda wieħed jista’ jgħid ġiet evitata diżgrazzja faċilment. Wara li l-krejn għeleb fuq il-ġenb tiegħu.