Robert Arrigo M'Għadux Rikoverat Fl-ITU Hekk Kif Wera Sinjali Ta' Progress

Robert Arrigo għadu kif tħabbar li wera progress fil-qagħda ta’ saħtu u għaldaqstant seta’ jinħareġ mill-ITU. Huwa jinsab f’taqsima oħra fl-isptar għal aktar irkupru.

Ftit ilu ħabbarna li jinsab f’qagħda stabbli iżda għadu jinsab ġewwa l-ITU f’Mater Dei. Dan ħabbru David Agius, il-Viċi Kap tal-istess partit waqt konferenza tal-aħbarijiet. Dakinhar, David Agius were s-simpatija u s-solidarjetà tiegħu mal-familja Arrigo f’dan iż-żmien xejn faċli għalihom. 

F’isem il-familja, kollegi u qrabat tiegħu sar ringrazzjament lill-pubbliku kollu tal-appoġġ li ntwera lejh fl-aħħar jiem. Fl-istess waqt jirringrazzjaw fuq il-paġna tiegħu lit-tim mediku kollu fl-ITU li tant jagħmel xogħlu b’dedikazzjoni u professjonalità.

Minn qalbna f’isem Gwida.mt nixtiequ fejqan ta’ malajr lil Robert Arrigo.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI