L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola ġiet eletta bħala waħda mill-ewwel viċi presidenti tal-Parlament Ewropew, l-iktar rwol għoli li qatt okkupa Malti. Dan l-irwol huwa t-tieni l-ogħla fil-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew għandu 14-il viċi-president u jistgħu jissostitwixxu lill-president fit-twettiq tad-dmirijiet meta jkun meħtieġ.
Il-ħatra timmarka l-ewwel darba li Malti ntgħażel biex ikollu wieħed mill-aqwa impjiegi fi ħdan l-istituzzjoni Ewropea. Metsola ġiet nominata mill-Partit Popolari Ewropew u tajjeb ngħidu li ma kien hemm l-ebda sottomissjoni oħra għal-istess ir-rwol u ħadd ma oppona n-nomina, inklużi membri ta’ gruppi politiċi oħra.
Fuq Twitter Roberta kitbet, “Li nkun eletta Viċi President tal-Parlament Ewropew huwa ta’ unur. Ifisser ħafna u se naħdem ħafna biex inkompli nibni pontijiet bejn iċ-ċittadini u l-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet.”
Ċertament li hi aħbar mill-isbaħ għal pajjiżna! F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlek aktar suċċess Roberta!