Roberta Metsola u żewġha Ukko Metsola llum jagħlqu tmintax-il sena miżżewġin.
Iltaqgħu fl-1999 u żżewġu bħal-lum fl-2005 ġewwa r-Rabat. Flimkien, għandhom erbat itfal subien: Luca Matias, Alec Emil, Marc, u Kristian.
It-tnejn li huma involuti fil-politika u t-tnejn membri tal-Partit Popolari Ewropew. Fl-2009, kienu l-ewwel koppja miżżewġa li kkontestat fl-istess elezzjoni għall-Parlament Ewropew minn żewġ stati membri differenti (Roberta minn Malta u Ukko mill-Finlandja).
Awguri!