Is-sitt edizzjoni tal-avveniment Rockastra ġewwa Għawdex, bis-sehem t’uħud mill-aqwa talenti lokali, bid-direzzjoni ta’ Mro Sigmund Mifsud flimkien mas-Soċjetà Filmarmonika La Stella. Mro Sigmund Mifsud magħruf għat-tmexxija ta’ Rockestra u RockAstra hi proprju l-verżjoni Għawdxija.
Rockastra din is-sena ħa ssir fit-8 ta’ Ġunju, fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex. Fost il-kantanti din is-sena hemm, Julie Zahra, Chris Grech, Kenneth Calleja, Francesca Sciberras, Jolene Samhan, Lara Dimech u Klinsmann.
Klinsmann qal lil Gwida.mt li dan huwa avveniment pretiġġjuż għal pajjiżna u hu dejjem ta’ pjaċir li jkanta quddiem folla kbira b’mużika mill-aqwa. Klinsamm jispiċċa billi jħidilna “il-karità tibda d-dar jgħidu, allura għaliex ma nagħmlux dak li aħna nħobbu għall-ġid akbar?”.
Hu jħeġġeġ lil qarrejja jattendu dan l-avveniment spettakolari. Kif wieħed jista’ jara ħa jkun spettakolari u t-talent lokali żgur ħa jispikka bl-aħjar mod possibli.
Facebook / Teatru Astra