Rowen Muscat Ħa Jħalli L-Pajjiż Għall-Avventura Barra Minn Xtutna

Il-fuboller lokali Rowen Muscat li narawh ukoll f’diversi kampanji promozzjonali għal diversi prodotti ħa jkun qed jibda avventura barra minn xtutna. Xi jiem ilu, il-paġna ta’ Replay żvelat din l-aħba.





Huma kitbu, “Fl-aħħar jiem il-midfielder ta’ 30 sena kien offrut kuntratt minn klabb f’Dubaj, b’Muscat jaċċetta din l-offerta u mistenni jkun preżentat mill-klabb ġdid tiegħu, fil-jiem li ġejjin. Muscat ħalla pajjiżna fl-aħħar sigħat, kif jixhed ir-ritratt t’hawn taħt, li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-plejer innifsu.”

Jidher li Rowen mhux ħa jkun l-unika Malti, “Replay (Net Television) jinsab f’pożizzjoni li jikkonferma wkoll li l-klabb li se jingħaqad miegħu Rowen Muscat se jkun immexxi mill-kowċ Giovanni Tedesco, eks kowċ ta’ diversi klabbs lokali. Jirriżulta li Tedesco qed iħares lejn is-suq Malti biex jibni l-iskwadra tiegħu, u jidher li se jkun hemm attentati oħra biex jieħu miegħu plejers oħra apparti Rowen Muscat.”



Barra minn hekk, plejer ieħor li jilgħab f’pajjiżna jidher li ħa jimxi għal Dubai. Replay kitbu, “L-attakkant ta’ 26 sena Jefferson Mateus de Assis mistenni jħalli lil Gzira United Football Club u jidher li se jibda esperjenza ġdida li se tarah jingħaqad mal-kowċ Giovanni Tedesco, mal-klabb ta’ Ras Al Khaimah SC.”

Aħna minn qalbna nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal din l-avventura.

Facebook / Rowen Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI