Il-Bank of Valletta (BOV) ħabbar li, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li qed jolqtu lil Malta bħalissa, is-servizz ta’ filgħaxija fil-fergħat tiegħu mhux se jkun disponibbli għal-lum. Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura ta’ prekawzjoni, bl-għan ewlieni jkun li tiġi mħarsa s-sigurtà tal-klijenti kif ukoll tal-ħaddiema.
F’avviż maħruġ mill-bank intqal: “Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp ta’ bħalissa, u sabiex nieħdu ħsieb is-sigurtà ta’ kulħadd, is-servizz ta’ filgħaxija fil-fergħat tagħna mhux se jkun disponibbli għal-lum.”
Il-BOV esprima wkoll l-iskuzament tiegħu għal kull inkonvenjent li dan jista’ jikkawża, filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa’ attent u jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa f’dawn iċ-ċirkostanzi tat-temp diffiċli. “Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent u nħeġġukom biex toqgħodu attenti u żżommu ruħkom siguri,” ikompli jgħid l-avviż.
Facebook/ BOV