Sam – Il-Kelb Ta’ Servizz  Li Spikka Għall-Imġiba Perfetta  Tiegħu Ġewwa Mater Dei

Żjara sempliċi għand it-tabib ġewwa l-isptar Mater Dei inbidlet f’mument speċjali grazzi għal Sam – kelb ta’ servizz li mhux biss jagħti appoġġ lill-persuna li jakkumpanja, imma jġib ukoll tbissima fuq wiċċ kull min jiltaqa’ miegħu.

F’messaġġ li nxtered minn Service Dogs Malta Foundation, ġie spjegat kif Sam akkumpanja lil persuna għal appuntament mediku, fejn għal darb’oħra wera kemm hu mħarreġ u ddedikat. Dawk li kienu preżenti ma setgħux ma jinnutawhx. Sam ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna nies, mhux biss għax hu kelb grazzjuż, imma għax ġab ruħu b’mod eżemplari. Sam għandu karattru u atteġjament li jolqtok ħafna: kalm, iffukat u dejjem qrib il-persuna li jkollu miegħu. 



Il-preżenza ta’ klieb bħal Sam tfakkarna kemm dawn l-annimali huma importanti fil-ħajja ta’ bosta individwi. Dawn il-klieb mhux biss joffru għajnuna prattika iżda wkoll sens ta’ sigurtà, kumpanija u serħan il-moħħ.



Din l-istorja ċkejkna wriet kif anke f’amjent ta’ sptar fejn ħafna mid-drabi jkun hemm mumenti ta’ tensjoni u ansjetà, kelb bħal Sam jista’ jġib ftit tal-paċi u xi tbissima ma tonqosx!



Ritratti:

Facebook/ Service Dogs Malta Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI