"Sandy Instabet" – Jaqsmu L-Aħbar Mill-Isbaħ Li Fl-Aħħar Il-Kelba Maħbuba Tant Tinsab Lura D-Dar!

Sid Sandy, ftit tal-ħin ilu tella’ post fuq Facebook biex jinforma lil kulħadd li l-kelba instabet qawwija u sħiħa. Hu rringrazzja lil Karen u Clayton Grech, flimkien mal-familja kollha tagħhom li kienu fundamentali biex Sandy tinstab.





Jidher li l-kelba kienet qed tistaħba fil-ħaxix, imwerwra u għajjiena. Huma ċemplulu bl-aħbar fil-5:00 ta’ dalgħodu. Laurence qal li ħa jkun qed jieħu l-kelba għand il-vet biex jara li tinsab f’saħħtiha u jagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni aktar tard.



Tassew ninsabu kuntenti li din iċ-ċkejkna rritornat għand sidha!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI