Is-santwarju tal-annimali, Sunshine Animal Sanctuary, li ilu jgħin tant annimali u wkoll jagħti kenn lil annimali salvati mill-Villaġġ tal-Papri li kien fi stat orribbli issa jeħtieġ l-għajnuna tiegħek.
Sfortunatament is-santwarju rċieva avviż ta’ żgumbrament ta’ 3 xhur u l-annimali għandhom bżonn dar.
“L-aħħar ħaġa li rridu hi li nkunu f’pożizzjoni li m’għandniex fejn immorru bl-annimali, u m’għandniex għażla ħlief li nagħlqu s-Santwarju sabiħ tagħna. Għalhekk, għandna bżonn l-għajnuna tiegħek,” huma kitbu.
“Qegħdin infittxu propjetà b’għalqa jew bitħa kbira, preferibbilment bis-siġar u l-ħamrija. L-annimali li ġejjin residenti hemmhekk jinkludu:
2 majjali, kelb, 5 papri, serduk, tiġieġa, 10 fniek u aktar annimal salvati.”
Jekk xi ħadd ikollu x’imkien ikun lest li jikri jew tafu lil xi ħadd li jista’, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lis-santwarju fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom.
Facebook/Sunshine Animal Sanctuary Malta