“Saru Ħafna Xogħlijiet Ta’ Restawr; Kieku Ma Kienx Hekk Ilbieraħ Kien Ikollna Diżastru Kbir.” – Il-Knisja Ta’ Ġieżu Tal-Belt Valletta Joħorġu Kjarifika

Il-Knisja ta’ Ġieżu Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta ħarġu kjarifika fuq dak li ġara lbieraħ. Huma jiktbu, “Kif tafu fil-Knisja u l-Kunvent saru ħafna xogħlijiet ta’ restawr; kieku ma kienx hekk ilbieraħ kien ikollna diżastru kbir. Fil-post fejn far l-ilma kienu saru x-xogħlijiet ukoll, li solvew il problemi li kellna fil-Knisja.”

Huma jispjegaw, “Il-bjut u l-btieħi jinżammu indaf. Ilbieraħ kien ħafna riħ u niżel kwantita ta’ ilma kbir, dan wassal biex oġġet estern spiċċa fil-katusi tagħna u ħoloq blockage. Dak l-ilma li rajna ħiereġ kien l-overflow peres li l-ilma ma kellux fejn imur. Il-qlib tal-art wassal biex dak l-ilma spiċċa kollu fil-Knisja. Malli infetaħ dak, id-dħul tal-ilma waqaf. L-ilma kannella ma kienx dranaġġ imma kien l-ilma mill-bjut tax-xita tal-ħamrija.”

Huma jżidu, “Dan ifisser li dan kien inċident li jistà jiġri kullimkien. Irridu nserrħu moħħ kulħadd li mhux problema ta’ manutenzjoni jew ta’ bzonn ta’ xogħol ulterjuri, imma ta’ ċirkustanzi li ġew kif ġew. Nirringrazzja lill-perit tagħna li kien hawn fi ftit ħin u baqa’ hawn jgħin sakemm tbattal l-ilma. Grazzi lil kull min għen, talab u lill-benefatturi kollha tagħna li bid-donazzjonijiet tagħhom jgħinuna jżommu u nkomplu ix-xogħol fil-knisja.”







Ritratti:

Facebook / Knisja ta’ Ġieżu Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI