“Se Jibda Jkollna Issa Wkoll Il-Baby Book Marbut Mal-Kundizzjoni Tad-Down Syndrome” – L-MP Romilda Zarb

Romilda Zarb, Membru Parlamentari u Chairperson tal-Kumitat tas-Saħħa, fil-Jum Dinji ddedikat għad-Down Syndrome tkellmet dwar baby book apposta li se jiġi introdott biex il-ġenituri ta’ tfal bid-Down Syndrome ikollhom iżjed appoġġ matul dan il-vjaġġ.

Fuq il-programm ‘Bil-Fatti’ hi spjegat, “Se jibda jkollna issa wkoll il-baby book marbut mal-kundizzjoni tad-Down Syndrome fejn qabel aħna kellna baby book fejn huwa marbut mal-full term delivery. Qabel kellna biss wieħed li kien jintuża għal kulħadd, imbagħad wara ħareġ it-tieni ktejjeb għal dawk li jitwieldu qabel iż-żmien. Iżda issa ssuġġerejt li nibdew ukoll nirrikonoxxu d-Down Syndrome.”



Żiedet tgħid, “Nemmen li dan it-tip ta’ ktejjeb se jkun qed jgħin lill-istess ġenituri biex ipoġġihom f’ċertu perspettiva illi jifhmu wkoll l-istess kundizzjoni.”





Ritratti:

Facebook / Romilda Zarb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI