“Se Jkun Diffiċli Immens Li Nkanta Waqt Il-Funeral Tiegħek Għada, Daqskemm Se Jkun Unur.” – Kevin Borg B’Tislima lil Anna Speranza

Il-kantant Malti Kevin Borg qasam messaġġ mill-aktar sinċier u emozzjonanti fuq il-midja soċjali b’tifkira ta’ Anna Speranza, li se tingħata l-aħħar tislima tagħha għada.

Bi kliem mimli mħabba u rispett, Borg stqarr li għalkemm se jkun diffiċli jdoqq u jkanta waqt il-funeral tagħha, se jagħmel dan bħala unur lejha. Huwa ddeskriva lil Anna bħala persuna ta’ qalb tajba, mimlija kura u passjoni għall-ħajja, u fakkar fl-appoġġ li dejjem kienet tagħtih tul il-vjaġġ tiegħu fil-karriera mużikali.



Kevin semma wkoll l-imħabba ta’ Anna lejn il-mużika tal-Beatles u lejn ir-Renju Unit, kif ukoll il-mod kif dejjem kienet tilqgħu bi tbissima u kliem ta’ kuraġġ kull darba li kienet tarah Floriana.



Il-funeral ta’ Anna Speranza se jsir għada fil-Knisja tal-Kapuċċini, fit-2pm. Borg wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tagħha, filwaqt li sellmilha b’kelmiet li jmissu l-qalb.



Ritratti:

Facebook/ Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI