Transport Malta fuq il-paġna tagħhom kitbu li se jkunu qed joffru servizz speċjali minħabba xogħol li għaddej bħalissa u b’hekk se joffru shuttle service biex jagħmlu aktar faċli għal dawk li jiffrekwentaw dawn l-akwati.
Huma jiktbu, “Se jkun qed jiġi offrut servizz ta’ shuttle service li se jibda minn Blata l-Bajda sa Fleur De Lys u lura, minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Dan is-servizz se jopera minn Blata l-Bajda sa Fleur-De-Lys u lura. Tluq se jkun kull 10 minuti mill-5:30 am sal-23:00. Dan is-servizz se jkun qed jopera bejn id-9 ta’ Mejju (20:00) sat-12 ta’ Mejju (23:00).”
Xerred l-aħbar ma’ qrabatek u sħabek!