Universal ħabbru li se joħroġ film ġdid ta’ Jurassic World u qed jimmiraw li d-data tal-ħruġ tkun fit-2 ta’ Lulju 2025. Is-serje ta’ films ta’ Jurassic għandha ilhom joħorġu għal tliet deċennji.
Dan il-proġett se jiffoka fuq storja ġdida u għalhekk għadu mhux magħruf jekk jirritornawx atturi minn installments preċedenti bħal Sam Neill, Laura Dern, Jeff Goldblum, Chris Pratt jew Bryce Dallas Howard.
Id-direttur magħżul għal dan il-film huwa David Leith li idderieġa films bħal John Wick, Deadpool 2 u Atomic Blonde fost oħrajn.
L-aħħar film ta’ Jurassic World, Jurassic World: Dominion kien fih diversi xeni miġbudin f’Malta.